Voluntiera tas-salvataġġ iqabbdu nirien apposta fi Sqallija

Il-Pulizija Taljana arrestat 15-il voluntier tal-Protezzjoni Ċivili fin-Nofsinhar ta’ Sqallija wara li ġew akkużati li qabbdu nirien apposta f’foresta biex jitħallsu biex jitfuhom.
F’dan l-allegat frodi, il-voluntiera ċemplu fuq il-linja tal-emerġenza huma stess sakemm il-kmandanti tagħhom marru jqabbdu n-nirien.
Il-membri tat-tim li jopera fid-distrett ta’ Ragusa jitħallsu madwar €10 fis-siegħa kull wieħed.