Voluntiera Għawdxin b’eżerċizzju ta’ salvataġġ fl-Italja

Erba’ voluntiera mill-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC), bi stedina mill-Emergency Fire and Rescue (EFRU) kienu fost is-16-il tim ta’ voluntiera li ħadu sehem f’eżerċizzju fl-Italja, organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Timijiet ta’ Voluntiera għall-Protezzjoni Ċivili (EVOLSAR).

Dan l-eżerċizzju, li kien twil 12-il siegħa, kien jinvolvi eżerċizzji ta’ tiftix u salvataġġ urban.

L-għan tal-assoċjazzjoni EVOLSAR huwa li jkun hemm grupp ta’ timijiet ta’ salvataġġ Ewropej, bħall-ERRC, li jitħarrġu bl-istess mod u li jistgħu jipprovdu rispons konġunt, jekk dan ikun meħtieġ fl-Unjoni Ewropeja jew f’żoni viċin.

EVOLSAR twaqqfet fl-2014 minn ħames pajjiżi, li jinkludu Malta, l-Italja, il-Greċja, il-Portugall u Ċipru.