Voluntiera f’zoo tispiċċa vittma ta’ iljun

F’zoo f’Kalifornja, voluntiera daħlet għall-aħħar darba ġo gaġġa tal-iljuni u ma ħarġitx aktar, wara li dar għaliha iljun ta’ tip Afrikan.

Ħaddiem taz-zoo prova joħroġ dan l-iljun u jpoġġieħ f’gaġġa oħra.

Wara l-inċident, l-iljun ġie maqtul mid-deputat tax-xeriff.

Għadu mhux magħruf ir-raġuni għalfejn il-voluntiera kienet fil-gaġġa.