Volpi jinqatel minn 3,000 tiġieġa fi Franza

Tiġieġ f’razzett ġo skola fil-Majjistral ta’ Franza ngħaqdu flimkien u qatlu volpi żgħir.

Dan l-inċident mhux komuni seħħ hekk kif il-volpi daħal minn bieb awtomatiku fejn kien hemm madwar 3,000 tiġieġa. Skont Pascal Daniel, il-persuna li tmexxi dan ir-razzett qalet li t-tiġieġ kollha attakkaw lill-volpi bil-munqar u huwa nstab mejjet l-għada filgħodu f’kantuniera.

F’dan ir-razzett jgħixu madwar 6,000 tiġieġa li jinżammu ġo madwar 18-il tomna art. Dawn jitħallew jiġru għall-maġġoranza tal-ħin.