Volontarjat għaż-żgħażagħ bi stipendju mill-Gvern

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat nieda l-iskema ta’ xogħol volontarju għal żgħażagħ ta’ bejn 17 u 25 sena.
Fi stqarrija l-Gvern qal li qed tingħata opportunità ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ ma’ organizzazzjoni volontarja għal perjodu ta’ 12-il xahar. 
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli qalet li permezz ta’ din l-iskema, il-gvern qed iressaq liż-żgħażagħ aktar viċin il-volontarjat.
Semmiet kif fil-baġit għal din is-sena ġew allokati €200,000 għal din l-iskema.
Dr Dalli qalet li l-gvern se jkun qed joffri wkoll stipendju li permezz tiegħu se jkun qed isostni b’mod finanzjarju lil dawn l-istudenti li jagħżlu li jagħmlu t-taħriġ tagħhom f’xogħol volontarju.
Aktar dettalji dwar din l-iskema jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.maltacvs.org
Ritratt: Jason Caruana – DOI