VOICES bl-aħħar kunċert!

25 sena anniversarju mill-ewwel kunċerti tagħhom, VOICES, se tiċċelebra b’kunċert li se jeħodna lura għall-mumenti nostalġiċi tal-kor.
Il-kunċert Best of Voices, li se jkun magħmul ukoll mill-membri preċedenti, se jippreżenta repertorju mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Martina Caruana, akkumpanjata mill-banda ta’ VOICES immexxija minn Sandro Grech.
Antonello Gauci, iċ-ċermen tal-Fondazzjoni Voices, spjega kif wara s-suċċess ta’ 25 sena, dan il-kunċert se jagħlaq is-sensiela ta’ kunċerti ta’ VOICES.
Il-Fondazzjoni qed tistieden lill-organizzazzjonijiet jew lill-individwi biex jipproponu inizjattivi li jkomplu l-missjoni ta’ VOICES, “li nressqu ż-żgħażagħ flimkien f’ambjent pożittiv u kreattiv, u li tkun il-vuċi li tgħin lil min hu vulnerabbli.”
Il-Fondazzjoni VOICES, se tassisti din l-inizjattiva bil-fond Start-up Initiative biex dawk l-organizzazzjonijiet u l-individwi li jilħqu l-għan jiġu ppremjati.
Għal-linji gwida u l-applikazzjoni għall-proġetti li jistgħu jibbenefikaw mill-fondi ta’ din is-sena tista' tidħol hawn.  
Il-kunċert ta’ Best of Voice, se jsir fis-7, 8 u d-9 ta’ Ottubru fl-MFCC ta’ Qali. 
Ritratt: Johann Debono Photography