Vodafone waħda mill-isponsors tal-Fun Run tal-President

Impjegati ta’ Vodafone komplew juru appoġġ bil-parteċipazzjoni fis-7 edizzjoni tal-Fun Run tal-President li saret il-Ħadd 15 ta’ Novembru.
“Dan hu avveniment annwali għalina u l-impjegati ta’ Vodafone dejjem ħadu sehem b’entużjażmu kbir,” qalet Veronica Nardelli, Corporate Affairs Senior Executive.
“Din is-sena, il-Vodafone Malta Foundation hi kburija li kienet waħda mill-isponsors uffiċjali u din il-konnessjoni għamlet din l-esperjenza waħda aktar speċjali għal dawk l-impjegati li ħadu l-ħin mill-ħin tal-mistrieħ tagħhom biex jieħdu sehem.”