Vodafone tfakkar l-ewwel telefonata li saret fir-Renju Unit

Vodafone, 30 sena wara, hi fuq quddiem nett fl-industrija tat-telekomunikazzjoni b’aktar minn 438 miljun klijent madwar id-dinja, topera l-mobiles f’26 pajjiż u topera fixed broadbrand fi 17-il pajjiż.
Vodafone Malta, li twaqqfet fl-1989 bħala l-ewwel impriża barra mir-Renju Unit, kienet responsabbli wkoll għal ħafna ‘firsts’, fosthom l-iżvilupp tas-settur tat-telekomunikazzjoni f’Malta.
L-ewwel telefonata fuq mobile li qatt saret f’Malta kienet fuq in-network ta’ Vodafone fl-1990.
Vodafone hi wkoll l-ewwel service provider li offriet lill-klijenti tagħha n-network 4G u kienet qed tnedih bil-mod il-mod tul is-sena li għaddiet.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.