Vodafone se tinvesti mad-59 miljun Ewro f’Malta

Vodafone se tinvesti mad-59 miljun ewro f’Malta. Il-Kap u Uffiċjal Finanzjarju tal-kumpanija Michel Macelli qal li fil-ħames snin li ġejjin, se jsir dan l-investiment wara li kienu kuntenti bl-investiment li għamlu fil-passat.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li għamel żjara fil-kwartieri l-ġodda tal-Vodafone Malta fil-kumpless SkyParks fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li din hi turija tal-fiduċja li l-privat għandu fil-pajjiż, filwaqt li kompla jgħid li l-Gvern ħadem bis-sħiħ sabiex joħloq ambjent u offra l-ingredjenti kollha ħalli jinħoloq ix-xogħol u x-xogħol ta’ kwalità aħjar.

Matul iż-żjara tiegħu fil-kwartieri l-ġodda ta’ Vodafone, il-Prim Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema fejn tkellmu dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom..