Vodafone Malta tinbiegħ għal €250 miljun

Il-kumpanija Vodafone ħabbret illi se tbigħ Vodafone Malta lill-kumpanija Monaco Telecom SAM.

Monaco Telecom qablu li jixtru VFML għall-valur ta’ €250 miljun. Ladarba dan isir, VFML tibqa’ topera taħt il-Vodafone tul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Ladarba tapprova l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni, it-tranżazzjoni mistennija tkun lesta sal-ewwel kwart tas-sena 2020.

Vodafone Group għandu ħidmiet f’24 pajjiż, jikkollabora ma’ networks tal-mowbajl f’41 pajjiż ieħor, u għandu ħidmiet ta’ broadband fissi f’19-il suq.