Vodafone Malta Foundation tniedi t-tieni proġett Mobile for Good

It-tieni proġett iffinanzjat minn Vodafone Malta Foundation taħt l-istrateġija Mobile for Good tnieda riċentament. Dan hu dizzjunarju Malti fuq l-Internet żviluppat b’kollaborazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) flimkien mal-Università ta’ Malta, b'mod partikolari mad-Dipartiment tas-Sistemi Intelliġenti tal-Kompjuter u l-Istitut tal-Lingwistika u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ilsien Malti.
Dan id-dizzjunarju huwa l-ewwel tat-tip tiegħu peress li huwa riżorsa mibni fuq diversi livelli li jistgħu jilqgħu għax-xorta kollha ta’ dawk li jagħmlu użu minnu, mill-istudent żgħażagħ, l-istudjużi professjonali jew dawk iżjed avvanzati. In-natura interattiva tad-dizzjunarju tippermetti wkoll lil dawk li jagħmlu użu minnu sabiex tissuġġerixxi modifiki u/jew l-inklużjoni ta' dħul ieħor li ssir stima tagħhom u jiġu nklużi kif xieraq.
Il-dizzjunarju huwa disponibbli fuq www.dizzjonarjutalmalti.com.mt u jista’ jitniżżel b’xejn bħala app minn fuq l-apple, android u window devices.