VocalBooth Studios b’donazzjoni lil Dar Bjorn

Il-kantanti Glen Vella u Pamela Bezzina minn VocalBooth Studios ippreżentaw is-somma ta’  €2100 lil Bjorn Formosa. Dan wara li nhar il-Ġimgħa li għadda VocalBooth Studios tellgħu kunċert b’risq Dar Bjorn li matulu nġabru €1800.

Il-kantanti li pparteċiipaw bejniethom ġabru €300 oħra biex b’hekk is-somma telgħet għal €2100.

Glen Vella u Pamela Bezzina rringrazzjaw lil dawk kollha involuti biex dan l-avveniment seta’ jkun suċċess u biex setgħu jkunu ta’ għajnuna fil-proġett Dar Bjorn.

Glen Vella u Pamela Bezzina nhar l-4 ta’ Settembru se jkunu qed jingħaqdu ma’ bosta artisti u mużiċisti oħra għall-kunċert Versatile & Friends for ALS.

AQRA: Filmat: Artisti u mużiċisti jingħaqdu għal kunċert b’ risq Dar Bjorn