Vlogg: “Tlabna, tgħallimna u dħakna” – il-pellegrini fl-Art Imqaddsa

Il-pellegrinaġġ tal-Arċisqof Charles Scicluna wasal fi tmiemu dalgħodu wara tmint ijiem fl-Art Imqaddsa ma’ pellegrini żgħażagħ.

Fost il-postijiet li żaru kien hemm ix-Xmara Ġordan, fejn ġeddew il-wegħdiet tal-magħmudija, il-qabar ta’ Kristu, il-Bażilika tan-Natività f’Betlem u ċ-Ċenaklu f’Ġerusalemm.

Il-qofol tal-pellegrinaġġ kien purċissjoni b’riflessjoni fuq il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej u biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Għid fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu.

Il-pellegrinaġġ kien organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa flimkien mal-Malta Catholic Youth Network (MCYN).

Fil-vlogg jitkellmu wħud minn dawk parteċipi fil-pellegrinaġġ, fosthom żagħżugħ li qal “Issir taf il-kultura, l-istorja, tgħaqqadha mar-reliġjon, u tikber il-fidi.”