Vlogg: L-Arċisqof iġedded il-magħmudija ta’ żgħażagħ Maltin fix-Xmara Ġordan

Mal-wasla tagħhom fix-xmara Ġordan, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna ġedded il-magħmudija ta’ dawk kollha li qed jattendu dan il-pellegrinaġġ filwaqt li fakkar kif Ġesù nnifsu kien tagħmmed f’din l-ixmara.

Fil-vlogg tal-lum, l-Arċisqof tkellem fuq l-importanza tal-magħmudija u kemm hemm bżonn li nitolbu lil Mulej biex din is-sejħa tittieħed b’aktar serjetà.

Spjega kif fix-xmara Ġordan, il-Mulej ħa sehem mid-dnub tal-bnedmin biex ikun jista’ jsalva lill-bnedmin kollha. Fakkar ukoll kif kien propju hemmhekk li l-Ispirtu Qaddis tal-Mulej deher bħala ħamiema u fejn Ġwanni l-battista imita lil Mulej bħala ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Il-pellegrinaġġ tal-Arċisqof Charles Scicluna mat-28 żagħżugħ u żagħżugħa jidher għaddej ġmielu hekk kif min-Nażaret issa ħejjew ruħhom sabiex jinżlu Betlehem, il-Belt fejn twieled Kristu.