Vlogg: L-Arċisqof fl-Art Imqaddsa jitlob għall-għaqda fost l-Insara

L-Arċisqof talab għall-għaqda fost l-Insara fil-vlogg il-ġdid mill-pellegrinaġġ li qed jgħamel maż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fl-Art Imqaddsa.

Hu talab għal żmien fejn l-Insara kollha jkunu jistgħu jiċċelebraw l-Ewkaristija flimkien.

Illum iċċelebraw quddiesa fil-grotta ta’ Betlehem li fiha twieled Ġesù, tradizzjoni antika ħafna. Marru wkoll iżuru Ein Karim, fejn il-Madonna marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.