Vlogg: “Jalla jkollkom iċ-ċans tagħmlu din l-esperjenza sabiħa”

L-Arċisqof Charles Scicluna li qed imexxi pellegrinaġġ ma’ għadd ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin fl-Art Imqaddsa, żar l-Għolja taż-Żebbuġ. Flimkien imxew lejn Ġerusalemm u talbu t-talba tal-Missierna li tinsab miktuba bil-Malti fuq ħajt.

Żaru wkoll iċ-Ċenakolino, il-knisja mibnija mill-Franġiskani viċin ħafna ta’ fejn Ġesu kien waqqaf iċ-Ċenaklu, is-saċerdozju u l-Ewkaristija.

B’ton ċajtier, l-Arċisqof stieden lill-poplu Malti biex jipprepara par saqajn tajba u jgħaddu mill-esperjenza li huma kellhom fl-Art Imqaddsa.