Vlogg: L-Arċisqof mal-koppji li ġeddu l-wegħda taż-żwieġ f’Kana fl-Art Imqaddsa

Fit-tieni jum tiegħu fl-Art Imqaddsa, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna amministra t-tiġdid tal-wegħda taż-żwieġ f’Kana lil żewġ koppji li qed jipparteċipaw fil-pellegrinaġġ.

Fil-vlogg tiegħu, l-Arċisqof introduċa ż-żewġ koppji li żżewġu fl-aħħar sentejn. Huwa spjega li f’Kana, Ġesù jurina sinjal tat-Trasfigurazzjoni għax permezz tal-miraklu li bidel l-ilma f’inbid, il-koppja miżżewwġa setgħet tkompli tifraħ.

Il-grupp immexxi mill-Arċisqof żar ukoll il-Bażilika tal-Madonna tal-Assunzzjoni, li fiha hemm il-grotta fejn deher l-anġlu Gabriel lill-Madonna, fejn l-Arċisqof ċċelebra l-quddiesa ma’ Fr Daniel u Patri Twanny u iżjed tard ingħaqad mal-patrijiet għall-Anġelus fil-Grotta. Żaru wkoll il-Knisja ddedikata lil San Ġużepp. Il-grupp żar ukoll l-Għolja ta’ Tabor.