Vjolenza fuq nisa u bniet għandha tkun kundannata dejjem – il-PN

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-vjolenza fuq nisa u bniet, il-Partit Nazzjonalista qal li l-abbuż fiżiku jew psikoloġiku għandu jiġi kkundannat dejjem u f’kull ċirkostanza.
Spjega li min ma jikkundannax kull tip ta’ aġir vjolenti fil-konfront ta’ kull mara u tifla, hu kompliċi fit-twettieq tal-att vjolenti u fil-propogazzjoni ta’ mentalità li raġel għandu xi dritt ikun vjolenti fil-konfront ta’ mara.
Fakkar li n-Nazzjonijiet Magħquda qed tmexxi kampanja biex il-vjolenza fuq in-nisa tiġi eliminata darba għal dejjem hekk kif mara minn kull tlieta, fid-dinja, tesperjenza xi tip ta’ vjolenza.
Fl-istess ħin, il-PN irrefera għal dak li ġara l-ġimgħa l-oħra fil-Parlament.
Qal li s’issa, il-messaġġ li ħareġ mill-Parlament kien li l-vjolenza hi ġustifikata u li mara għandha taqta’ qalbha milli tfittex rimedju. Fakkar ukoll fil-mozzjoni li ressaq fil-Parlament fil-konfront ta’ Joe Debono Grech.