Vjolenza fuq in-nisa twassal għal protesti kbar fl-Arġentina u l-madwar

Eluf ta’ persuni ħadu sehem f’dimostrazzjonijiet li ġew organizzati fil-Kapitali Arġentina, Buenos Aires. Il-protesti qed isiru f’kundanna għall-vjolenza fuq in-nisa.
Id-dimostrazzjonijiet infirxu ma’ pajjiżi oħra fl-Amerika Latina, l-aktar fiċ-Ċili u l-Urugwaj.
Il-poplu Arġentinjan għadu kif ixxokkja ruħu b’diversi każijiet ta’ vjolenza fuq in-nisa.
Fil-protesti ħadu sehem unjins, partiti politiċi u anke membri mill-Knisja Kattolika.