Vjolenza f’Pariġi wara protesti kontra żwieġ għal koppji omosesswali

Vjolenza ddominat it-toroq ta’ Pariġi l-lejl li għadda waqt li kienet għaddejja protesta paċifika kontra ż-żwieġ bejn persuni omosesswali. Dan wara li Franza saret l-14-il pajjiż li għadda din il-liġi. 

Wara ċertu ħin, mijiet ta’ dimostranti bdew iwaddbu l-barrikati tal-ħadid, fliexken tal-birra u affarijiet oħra.

Il-pulizija kellha tuża l-gas tad-dmugħ kontra d-dimostranti u arrestat ftit inqas minn 100 persuna.

L-organizzaturi tal-protesta qalu li attendew madwar miljun persuna, għalkemm il-pulizija stmat li kien hemm 150 elf ruħ biss.