​“Vjolenza domestika qatt m’hi soluzzjoni” – Nisa Laburisti

L-għaqda Nisa Laburisti qalet li li l-vjolenza domestika qatt ma hija soluzzjoni.
Żiedet tgħid li kull każ ta’ allegat vjolenza dometika għandu jittieħed bis-serjetà u li l-awtoritajiet huma viġilanti, lesti biex jinvestigaw, jieħdu azzjoni u jaġixxu f'kull każ.
Il-President tan-Nisa Laburisti Claudette Abela Baldacchino esprimiet it-tħassib tagħha mhux biss dwar allegat każ ta' vjolenza domestika rrappurtat fil-mezzi tax-xandir fil-ġranet li għaddew, iżda dwar kull każ ta' vjolenza domestika ġejja minn fejn ġejja u jwettaqha min iwettaqha.
Appellat lil dawk kollha li jistgħu jkunu vittmi biex ma jsofrux fis-silenzju u jersqu 'l quddiem u jitkellmu.
Qalet li tinsab ċerta li l-awtoritajiet mhux se jfallu quddiem l-ebda każ.