​Vjal Sir Paul Boffa tingħalaq għal 18-il siegħa

Minħabba xogħlijiet fuq it-tidal lane, Vjal Sir Paul Boffa fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid se tkun magħluqa għat-traffiku għal 18-il siegħa.
It-triq se tingħalaq llejla u għada bejn it-8pm sal-5am.
Transport Malta qalet li x-xogħol se jinkludi asfaltar tat-triq.
It-traffiku, inkluż it-trasport pubbliku, se jgħaddi minn Vjal Santa Luċija għal Triq Ħal Luqa. Karozzi żgħar jistgħu jgħaddu wkoll minn Triq il-Palma.
Xogħlijiet oħra fuq it-tidal lane se jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta li ġej. It-traffiku lejn il-Belt Valletta se jgħaddi minn żewġ karreġġjati. It-tielet karreġġjata se tkun magħluqa minħabba x-xogħlijiet.