Vjal Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid magħluq sa għada filgħodu

Vjal Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid (immarkat bl-aħmar fuq il-mappa) se jkun magħluq għat-traffiku mill-11pm tal-lejla sal-5.00am ta’ għada filgħodu.
Dan biex, wara x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq wiċċ it-triq, issa jsir ix-xogħol ta’ żebgħa fuq il-linji tat-traffiku.
Transport Malta avżat li l-karozzi li ġejjin minn Triq Kordin għandhom jgħaddu minn Telgħa Raħal Ġdid għal Triq Ħal Luqa u Vjal Santa Luċija (immarkati bil-lewn blu fuq il-mappa).
Waqt li skużat ruħha ta’ kull inkonvenjent, avżat lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni.