“Vjaġġi għall-Għawdxin biss” – Ħaddiema Għawdxin f’Malta

L-Assoċjazzjoni tal-ħaddiema Għawdxin f’Malta qed tinsisti li l-vjaġġi tal-Gozo Channel bejn iż-żewġ gżejjer għandhom isiru biss għal resident permanenti f’Għawdex. Saħqu li din il-miżura għandha tiżdied ma’ dawk li diġà tħabbru mill-Ministru għal Għawdex u miċ-Ċermen tal-Gozo Channel.

Huma saħqu wkoll għal multi aktar ħorox għal dawk li jinqabdu ma josservawx il-liġijiet ta’ kwarantina u tal-ivjaġġar.

Huma rringrazzjaw lill-Gvern talli ħareġ Direttiva numru 13 li permezz tagħha ħaddiema tal-Gvern jistgħu jaħdmu permezz ta’ teleworking fi sforz biex titnaqqas l-imxija tal-Covid-19. L-Assoċjazzjoni appellat lill-Managers biex awtomatikament jadattaw ix-xogħol għall-persuni li jagħżlu li jaħdmu permezz ta’ teleworking.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn