Vjaġġi b’tal-linja sa kmieni filgħodu għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

Nhar il-Ġimgħa li ġej għall-kunċert annwali ta’ Joseph Calleja fuq il-Fosos tal-Furjana, se jkun hemm servizz speċjali tat-trasport pubbliku.
Dakinhar wara l-kunċert se jkun hemm servizz ta’ karozzi tal-linja diretti mill-Belt Valletta lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Dan is-servizz se jibda mill-11 ta’ filgħaxija u jibqa’ sejjer sas-1.30 ta’ filgħodu. 
Il-karozzi tal-linja se jkunu qed jitilqu mill-Belt skont id-domanda.
Il-biljetti għal dan is-servizz tal-linja jiswew €3 u jgħoddu għall-ġurnata kollha flimkien mas-servizz speċjali mill-Belt.
Il-biljetti jkunu għal bejgħ fuq tal-linja dakinhar tal-kunċert biss.