Vjaġġar minn 13-il pajjiż lejn l-Italja projbit minħabba żieda fil-każijiet

FILE PHOTO: A cyclist passes the Trevi Fountain, as Italy begins to ease some of the restrictions of the coronavirus disease (COVID-19) lockdown, in Rome, Italy May 7, 2020. REUTERS/Guglielmo Mangiapane - RC2QJG9FV9WK/File Photo

Read in English.

Il-Ministru għas-Saħħa Taljan, Roberto Speranza, iffirma ordni li tipprojbixxi d-dħul minn 13-il pajjiż li huma meqjusa f’riskju.

L-ordni ġiet iffirmata mill-Ministru għas-Saħħa wara diskussjonijiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Intern u t-Trasport.

Il-projbizzjoni fuq id-dħul u t-tranżitu fl-Italja tapplika għall-persuni li fl-14-il jum preċedenti kienu qegħdin jew ivjaġġaw fi 13-il pajjiż: l-Armenja, il-Bahrain, il-Bangladesh, il-Brażil, il- Bożnija-Ħerzegovina, iċ- Ċilì, il-Kuwait, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Moldova, Oman, il-Panama, il-Perù u r-Repubblika Domenikana.

“Madwar id-dinja, il-pandemija tinsab fil-fażi l-aktar akuta tagħha. Ma nistgħux inxejjnu s-sagrifiċċji li għamel il-poplu Taljan matul ix-xhur li għaddew,” qal Speranza meta ħabbar l-ordni.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li l-Italja ma tistax tippermetti li persuni li ġew infettati barra l-pajjiż jidħlu l-Italja. “Fl-Italja, ħejjejna wkoll pjan ta’ monitoraġġ sabiex nissorveljaw l-infezzjoni b’mod sofistikat bejn diversi reġjuni. Ma nistgħux nippermettu li persuni li jirriżultaw pożittivi jew li ma jkunux sorveljati biex jiġu hawn minn pajjiżi barranin. Għalhekk qed ninponu serje ta’ restrizzjonijiet fuq pajjiżi barra mill-UE.”

Conte żied jgħid li f’dawn l-aħħar ġranet, waslu ċittadini minn Bangladesh li, aktar minn 70% tad-drabi, instab li kienu pożittivi. Għalhekk Conte qal li l-Italja m’għandha l-ebda għażla oħra ħlief li tissospendi t-titjiriet minn Bangladesh, meta kien qed jiġi intervistat fuq il-programm “Al rojo vivo”, fuq il-kanal Spanjol “La sexta”.

Intant, kien hemm 229 każ ġdid ta’ infezzjonijiet ta’ coronavirus fl-Italja matul dawn l-aħħar 24 siegħa, qal il-Ministru għas-Saħħa nhar il-Ħamis, żieda mill-193 każ ġodda rreġistrati nhar l-Erbgħa.

Aktar minn nofs il-każijiet il-ġodda ta’ nhar il-Ħamis, 119, jinsabu fil-Lombardija li kien ir-reġjun li ntlaqat l-agħar.

12-il persuna tilfu ħajjithom minħabba l-COVID-19 f’dawn l-aħħar 24 siegħa, filwaqt li 15-il persuna mietu nhar l-Erbgħa.

Globalment, ir-rata ta’ mewt minħabba l-coronavirus fl-Italja issa huwa ta’ 34,926.

In-numru totali ta’ każijiet, inkluż l-imwiet, dawk li rkupraw u dawk li huma pożittivi bħalissa, huwa ta’ 242,363, skont stqarrija tal-ministeru. Il-firxa tal-virus u r-rata ta ‘ mwiet kuljum naqsu f’dawn l-aħħar ġimgħat.