Awdjo: Vjaġġ uniku fl-Iran – Valerie Vella

Li xi ħadd iżur l-Iran bħala turist mhux xi ħaġa komuni. Newsbook tkellem ma’ Valeri Vella dwar l-esperjenza ta’ vjaġġ ta’ għaxart ijiem li għamlet fil-Persia, l-Iran kif inhu magħruf llum.

Għal Valerie, din kienet esperjenza unika. Valerie Vella li x-xewqa tagħha hi li żżur kemm jista’ jkun postijiet madwar id-dinja qalet li l-Iran hu pajjiż kompletament differenti milli jiddeskrivuh, pajjiż mimli kultura u arkitettura sabiħa.

Valerie Vella iddeskriviet lill-poplu Iranjan bħala amikevoli u jilqa’ ħafna lit-turisti.