“Vjaġġ li għamilni l-iktar ferħan li nista’ nkun” – Gianluca lil martu

Ġurnata speċjali għall-kantant Gianluca Bezzina u martu Vanessa hekk kif illum, il-5 ta’ Novembru, qed jiċċelebraw tlett snin mindu żżewġu lil xulxin.

“Vjaġġ ta’ tlett snin li għamilni l-iktar ferħan li nista’ nkun,” kiteb fil-messaġġ tiegħu l-kantant li fl-2013 irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Tomorrow.

Il-koppja Bezzina għandhom żewġt ulied, Lyla, li twieldet f’Diċembru tal-2018, u Paolo li twieled f’Awwissu li għadda.

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal dan il-jum u għal aktar snin ta’ mħabba.