​Vjaġġ bil-Katamaran mill-Libja għal Malta jiswa €1,000 ‘one-way’

Il-kumpanija Virtu’ Ferries qed tħejji biex nhar it-Tlieta li ġej twettaq vjaġġ tentattiv bil-katamaran bejn Malta u l-Libja.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-vjaġġ bil-katamaran bla ritorn jiswa €1,000 għal kull adult.
Dan ifisser li biex passiġġier adult jitla’ fuq il-katamaran lejn il-Libja u jerġa’ jinżel lura, ikollu jħallas €2,000.
Rappreżentanta tal-kumpanija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-prezz jinkludi t-taxxi u l-VAT.
Il-katamaran mistenni jħalli Malta nhar it-Tlieta 12 ta’ Awwissu fis-1.00am biex imbagħad jitlaq mill-port ta’ Tarabulus fi Tripli lura Malta f’nofsinhar.
Jirriżulta li l-vjaġġ bil-katamaran jieħu madwar sitt sigħat u jakkomoda madwar 400 passiġġier.