Ritratti: L-Arċisqof milqugħ mill-Bormliżi

Ritratti tal-Vizta Pastorali li l-Arcisqof Charles Scicluna għamel fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla, bejn is-Sibt 18 u t-Tlieta 21 ta’ Novembru.
Waqt il-Vizta Pastorali, l-Arċisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-istudenti u l-edukaturi tal-iskejjel f’Bormla, mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-parroċċa, mal-operaturi pastorali, mal-membri tal-kleru tal-parroċċa u mal-awtoritajiet ċivili.
Mons. Arċisqof iltaqa’ wkoll ma’ familji li qed jiffaċċjaw problemi soċjali relatati mal-faqar u l-prostituzzjoni. Huwa żar ukoll lis-sorijiet Karmelitani Tereżjani tal-klawsura, lis-sorijiet Ursolini, Franġiskani u Missjunarji tal-Karità.

Ritratti: Ufficcju Komunikazzjoni, Kurja – INP