Viżibbilment għajjiena imma jittamaw għal żmien aħjar

Ritratt: Nicole Magri, infermiera fid-Dipartiment tal-Emerġenza

L-għejja mhux biss fiżika imma wkoll emozzjonali tibda tagħmel tagħha fil-kurituri tal-isptarijiet Maltin.

Ir-ritratt fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei juri eżattament din l-atmosfera li teżisti fost l-infermiera. Iżda l-messaġġ ta’ tama jidwi fl-imħuħ tagħhom hekk kif messaġġ li ttella’ fil-midja soċjali jixhed dan.

Jgħidu wkoll li t-tama hija aqwa minn kull sfida li tiġi għal wiċċhom. L-infermiera jittamaw li għal li ġej fadal jasal żmien aħjar u li t-tama tista’ twassalhom f’dawn il-mumenti diffiċli.

Ritratt: Nicole Magri, infermiera fid-Dipartiment tal-Emerġenza

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn