Vittmi taħt bini mġarraf f’Tenerife, terremot jolqot lill-Ġappun

Huma mill-inqas tnejn il-mejta u għexieren midruba wara li ġġarraf blokk appartamenti f’Tenerife fil-Gżejjer Kanarji ta’ Spanja.
L-inċident seħħ fiż-żona turistika Arona għall-ħabta tad-9.30am.
Taħt it-tifrik hu stmat li jista’ fadal sa 15-il persuna oħra.
Sadattant fin-nofsinhar tal-Ġappun, terremot qawwi 6.4 fuq l-iskala Richter ma ħalla ebda vittma u ebda twissija ta’ tsunami.
Xi bini ġġarraf u oħrajn ġarrbu ħsarat hekk kif l-art theżżet mal-10 kilometri fil-fond.