Vittma tal-assedju f’Sydney mietet minħabba bullets tal-Pulizija

Fl-Awstralja, bdew ħerġin l-ewwel dettalji tal-inkjesta li saret b’rabta mal-assedju fuq il-kafetterija f’Sydney ix-xahar li għadda.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-omm ta’ tlett itfal, li mietet fl-attakk flimkien mal-manaġer tal-kafetterija, inqatlet minn biċċiet minn bullets sparati mill-Pulizija li laqtu wiċċ iebes u minnu taru għal fuqha.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-omm intlaqtet f’arterja importanti u fi ftit tal-ħin mietet fil-post.
L-inkjesta qed issir biex tindaga erba’ punti: kif inqatlu ż-żewġ vittmi, kif ħadmet il-Pulizija u kif imxiet mal-ostaġġi miżmuma, trid toħroġ dettalji dwar l-aggressur fosthom dwar l-assoċjazzjonijiet politiċi u reliġjużi tiegħu, u kif kien barra mill-ħabs wara li kien akkużat bil-qtil tal-eks mara tiegħu.