Vittma ta’ inċident tat-traffiku tingħata kumpens ta’ €18,000

Il-Qorti Ċivili ordnat li mara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-2007, tingħata kumpens ta’ kważi €18,000.

Fil-Qorti nstema kif Emmeline Cini ta’ 27 sena, kienet qed issuq fi triq Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid, meta Antoine Cachia baqa’ dieħel fiha wara li injora s-sinjali tat-traffiku. Kawża ta’ dan, il-mara kienet sofriet diżabilità permanenti ta’ 4% ta’ ġisimha.

L-akkużat kien aċċetta l-ħtija tiegħu f’dan l-inċident.

Il-każ instema quddiem l-imħallef Lino Farrugia Sacco.