Vittma oħra tal-baħar f’Għawdex

Bugħaddasa ta’ 64 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet qed togħdos f’Għawdex.
Il-Pulizija ssejħet għall-ħabta tas-2.30pm fil-Bajja tal-Fessej, limiti ta’ Għajnsielem.
Irriżulta li l-mara, Ġermaniża, ġiet iċċertifikata mejta malli ttellgħet l-art.
Il-Maġistrat Paul Coppini qed imexxi inkjesta.
Din kienet it-tieni vittma tal-għadis f’temp ta’ jumejn. Ilbieraħ bugħaddas Daniż ta’ 73 sena, sab ruħu f’diffikultà fix-Xatt l-Aħmar u nstab bla ħajja fl-inħawi tal-Armier.