Vittma ieħor tal-COVID-19; l-għadd ta’ mwiet jitla’ għal 228

mater dei

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fl-20 ta’ Diċembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

L-ammont ta’ vittmi tal-coronavirus tela’ għal 228.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.