Vittma fost madwar 40 immigrant abbandunat barra l-Italja

Fin-naħa t’isfel tal-Italja, fir-reġjun tal-Puglia, għaddejja tfittxija għal erba’ jew ħames immigranti minn grupp ta’ madwar 40 li matul il-lejl ġew abbandunati minn traffikanti fuq dgħajsa fil-Mediterran.
Fost l-40 ruħ kien hemm mill-inqas 21 mara u tifel jew tifla.
Jidher li l-grupp ġie abbandunat għall-ħabta tat-3.30am bid-dgħajsa li kienu fuqha tħalliet waħedha f’nofs ta’ baħar.
S’issa nstabu 35 persuna mill-grupp u raġel li laħaq għereq.
Xi persuni misjuba ttieħdu l-isptar.