Vitimalta – Proġett Għeneb tal-Mejda

VitiMalta
Ritratt: MAFA

Il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo għamel żjara fil-vinja sperimentali fil-limiti tas-Siġġiewi fejn iltaqa’ mal-persuni tekniċi ta’ Vitimalta u ġie spjegat il-proċess sperimentali li qed twettaq Vitimalta li fiha tħaddan lill-bdiewa membri Maltin u Għawdxin.

Vitimalta timpenja ruħha biex isservi ta’ suq wieħed ikkontrollat għall-produzzjoni tal-għeneb tal-membri tagħha sabiex tassigura suq u prezz reali, viabbli u sostenibbli għall-membri tagħha u għas-settur vitikulturist inġenerali. Ix-xogħol tagħha jinkludi wkoll riċerka fil-vitikultura u disseminazzjoni ta’ informazzjoni xjentifika, teknika u prattika f’dan il-qasam.

Il-klima ta’ Malta hi addattata ħafna għat-tkabbir ta’ dwieli. Madanakollu, is-settur hu kkaratterizzat bi dwieli għall-inbid, iżda mhux bi dwieli li jitkabbru għall-għeneb tal-mejda. Vitimalta dan fehmitu u issa bdiet taħdem ukoll fuq proġett ta’ taħwil ta’ għeneb għall-mejda.

Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.