Vitella bil-panura

Vitella

Ingredjenti

6 kutuletti tal-vitella, madwar 200g kull waħda, bl-għadma

4 bajdiet

10 weraq tal-ħabaq, imqatta’ rqiq ħafna

2 mgħaref ġobon maħkuk

200g frak tal-ħobż tal-pakkett

żejt għall-qali

Metodu

Aqbad lembuba u ‘sawwat’ biha l-laħam biex tagħmlu tari, imma ħalli l-għadma. Neħħi x-xaħam żejjed.

Ħabbat il-bajd imbagħad żid il-ħabaq, il-ġobon maħkuk u l-bżar u l-melħ. Poġġih fuq platt fond. Fi platt ieħor ifrex il-frak tal-ħobż.

Daħħal kull biċċa laħam fit-taħlita tal-bajd imbagħad fil-frak tal-ħobż. Iksihom sewwa bil-ħobż. Imbagħad erġa’ rrepeti l-proċess biex tkun ksejthom darbtejn.

Saħħan iż-żejt f’taġen u aqli l-laħam fuq nar bati, madwar 3-4 minuti fuq kull naħa, sakemm il-frak tal-ħobż isir kulur dehbi. Waqt is-sajran jista’ jkun li jkollok ħtieġa li żżid aktar żejt għax dan jinxtorob.

Bħala kontorn tista’ sservi  qarabagħli moqli u nsalata ħadra. Żejjen il-laħam b’biċċa lumija.

L-istess riċetta tista’ tintuża għal-laħam tat-tiġieġ.