Vitals Global Healthcare magħżula biex tmexxi 3 sptarijiet

Il-konsorzju Vitals Global Healthcare rebaħ il-proċess tal-għażla sabiex issa se jkun qed jikkollabora mal-Gvern fit-tmexxija tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u dak Ġenerali t’Għawdex.
Il-konsorzju se jkun qed jieħu ħsieb il-manutenzjoni, l-iżvilupp u t-tmexxija tal-ispatrijiet.
F'dan ir-rigward, l
-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) kellha laqgħa mal-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne sabiex jiġi diskuss il-futur tal-ħaddiema tal-isptarijiet imsemmija.
Matul din il-laqgħa, il-UĦM resqet diversi preokkupazzjonijiet tal-ħaddiema li jistgħu jintlaqtu filwaqt li wkoll resqet numru ta' punti sabiex ikunu salvagwardjati l-kundizzjonijiet u l-interessi tal-ħaddiema.