Visitmalta b’iktar minn nofs miljun segwaċi fuq Facebook

F’inqas minn sentejn, minn Lulju 2013 ‘l hawn, is-segwaċi ta’ Visitmalta fuq Facebook żdiedu b’iktar minn 150%.
Fi stqarrija, Visitmalta qalet li bħalissa n-numru ta’ segwaċi qabeż in-nofs miljun. Il-maġġoranza ta’ dawn, issieħbu biex isegwu u jirċievu l-aħħar żviluppi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fl-aħħar tnax-il xahar.
47% tas-segwaċi huma ta’ età li tvarja bejn it-18 u l-34 sena. Meta l-età tinfirex bejn it-18 u l-44 sena, is-segwaċi jiżdiedu għal 72%. 24% għandhom iktar minn 45 sena.
Karatteristika oħra li tirriżulta mill-istatistika hija li madwar 60% tas-segwaċi huma nisa.
Visitmalta fuq Facebook tikkomunika b’sitt lingwi differenti, li huma l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u r-Russu.
Jirriżulta wkoll li 2% mis-segwaċi biss huma Maltin, li jfisser li l-mira tal-paġna għal segwaċi barra minn Malta qed tintleħaq kif mixtieq.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.