Visa u Paypal fi sħubija strateġika fl-Ewropa

Visa u Paypal komplew jestendu s-sħubija strateġika tagħhom lejn l-Ewropa, hekk kif diġà bdew jikkollaboraw bejniethom fis-swieq Amerikani u Ażjatiċi. 
B’hekk Paypal se jkun jista’ joffri accounts tal-Visa fl-Ewropa. Fl-istess ħin, konsumaturi u bejjiegħa se jkunu jistgħu jużaw il-flus li jkollhom f’account mal-Paypal f’kull post fejn tiġi aċċettata l-Visa.
Permezz ta’ dan il-ftehim mal-partners bankarji tal-Visa, il-konsumaturi jistgħu jżidu Visa Cards mal-accounts rispettivi tagħhom tal-Paypal. 
Min-naħa l-oħra, Paypal bil-liċenzja Ewropea tagħha, se tkun tista’ toħroġ accounts tal-Visa għall-konsumaturi u kumpaniji.