Virgil van Dijk se jbiddel it-tim?

Juventus qed jikkomplottaw biex jixtru lil Virgil van Dijk ta’ Liverpool fis-sajf. Hu mifhum li lesti jħallsu mal-€150 miljun għalih.

Il-ġganti Taljani jridu li l-istilla ta’ Liverpool isir l-aktar difensur li nxtara bi prezz għoli fid-dinja għat-tieni darba.

Wara li rnexxielhom jieħdu lil Ronaldo minn ma’ Real Madrid, il-klabb ta’ Serie A tefgħu għajnejhom fuq van Dijk bħala l-persuna li tista’ tgħinhom jirbħu ċ-Champions League.

Jista’ jagħti l-każ li van Dijk li għandhu 28 sena jkun lest li jiċċaqlaq ma’ tim ieħor jekk din is-sena Liverpool jirnexxielhom jirbħu t-titlu u jżidu mat-titli li rebħu taċ-Champions League, il-Fifa Club World Cup u l-Uefa Super Cup.

Van Dijk kien pedina importanti għad-difiża ta’ Liverpool din is-sena. Huma qalgħu biss 15-il gowl f’25 logħba dan l-istaġun.