Vince għaliex qed iħossu offiż b’dak li għamlet Maxine?

Sorelle 13

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle se naraw lil Samantha iċċempel lil Lorraine. X’riedet tgħidilha? Vince għaliex qed iħossu offiż b’dak li għamlet Maxine? X’għamel?

Fejn marru Samantha u Lorraine… x’urietha Samantha?…  u Lorraine x’reazzjoni kellha għal dak li rat u qaltilha?

Sorelle 13

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM illum fl-3.40pm b’repetizzjoni llejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am.

Għal din il-ġimgħa biss, ir-repetizzjoni tal-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa se jixxandru s-Sibt mis-1pm ‘il quddiem.