Vince Gaffarena ma jagħtix xhieda fuq l-isparaturi fl-Imqabba

Vince Saviour Gaffarena Mqabba Ħal Millieri

Read in English.

Vince Gaffarena li sofra sparat fl-Imqabba f’Lulju li għadda ddeċieda li ma jagħtix ix-xhieda tiegħu.

L-isparaturi seħħew fid-29 ta’ Lulju fl-Imqabba. Iż-żagħżugħ huwa kkunsidrat xhud kruċjali fil-każ kontra ż-żgħażagħ akkużati li qatlu lil Saviour Gaffarena (kuġinuh) u li ppruvaw joqtlu lilu.

Nhar il-Ħamis, Gaffarena ddeċieda ma jagħtix ix-xhieda tiegħu għax beża li jinkrimina ruħu. L-Ispettur Kurt Zahra informa lill-Qorti li trid twissi x-xhieda għax huwa parti minn investigazzjoni kriminali.

Gaffarena ma tħalliex jixhed il-ġimgħa l-oħra għax meta mar il-Qorti nstab li kellu d-deni.

Gaffarena ta x-xhieda tiegħu fuq telefonata bil-vidjow, fejn qal li twissa li x-xhieda tiegħu tista’ tinkriminah. Huwa wkoll ma riedx jagħti xhieda fuq affarijiet li ma jistgħux jinkriminawh.

Is-Supretendent Keith Arnaud sostna li x-xhieda jista’ ma jweġibx ċertu mistoqsijiet. Però, l-avukat tad-difiża Arthur Azzopardi qal li l-mistoqsijiet kollha jridu jsiru lil Gaffarena, u qablet miegħu l-avukata tad-difiża għall-akkużat l-ieħor, Giannella De Marco.

Kien hemm qbil li jiġu ppreżentati noti li jikkjarifikaw il-pożizzjoni tal-prosekuzzjoni. Id-difiża u x-xhieda mbagħad ipoġġu r-risposti tagħhom fuq il-mejda tal-kamra.

Xhieda tal-Pulizija

Numru ta’ Pulizija taw ix-xhieda tagħhom il-Ħamis.

Supretendent Josric Mifsud xehed li hu kien li mar fuq ix-xena meta l-Pulizija rċivew informazzjoni dwar sparatura. Huwa qal li tim mediku ta trattament lil Vince Gaffarena għal sparaturi, għax Saviour Gaffarena deher li kien miet.

Fuq ix-xena, Vince ma setgħax jitkellem, u ngħata biċċa karta u pinna, fejn kiteb l-ismijiet taż-żewġ irġiel akkużati. Mifsud mbagħad sar jaf fejn l-pistola nħbiet wara l-isparaturi, u l-munizzjoni nstabet ġo tank tal-ilma.

Il-Qorti se tiddeċiedi fuq ħelsien tal-arrest wara li wieħed mill-akkużati għamel talba għaliha. L-Avukat Ġenerali oġġezzjona li għad hemm xhieda x’jinstemgħu f’każ b’akkużi daqsekk serji. Però, Azzopardi qal li l-evidenza diġà nġabret kollha, filwaqt li l-Ispettur Zahra sostna li hemm biża’ li l-evidenza tiġi mbgħabsa.

L-avukati Giannella De Marco, Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru għall-akkużati. L-avukati James D’Agostino u Mark Refalo qed jidhru għall-vittmi. L-avukat Noel Bianco deher għal Vince Gaffarena.