Vince Farrugia jirriżenja mill-GRTU

Il-Kunsill Eżekuttiv tal-GRTU b'dispjaċir laqgħet ix-xewqa ta' Vince Farrugia li jirtira mill-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-GRTU.

Il-Kunsill Eżekuttiv unanimament irringrazzja lil Farrugia għall-20 sena ta’ servizz fil-komunità tan-negozji f’Malta u Għawdex.

Sadanittant, il-GRTU se tkun qed tlaħħaq Direttur Ġenerali ġdid fiż-żmien li ġej.

Farrugia se jibqa’ konsulent għall-Kunsill Eżekuttiv tal-unjin, kif ukoll jirrappreżenta lill-impjegati Maltin fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) tal-Unjoni Ewropea.