Villaġġ sħiħ fiċ-Ċili jintradam taħt valanga tat-tajn

Valanga tat-tajn, ikkawżata minn xita qawwija, ħalliet villaġġ sħiħ mirdum fin-Nofsinhar taċ-Ċili.
Minn tal-inqas ħames persuni tilfu ħajjithom u għaddejja t-tfittxija għal ħmistax-il persuna oħra li huma rrappurtati nieqsa.
Il-valanga tat-tajn qerdet numru kbir ta’ djar fil-villaġġ ta’ Villa Santa Lucía, villaġġ li jinsab viċin xmara u huwa popolari mat-turisti.
Eluf ta’ djar spiċċaw bla elettriku.
Il-President Michelle Bachelet iddikjara stat ta’ emerġenza f’din iż-żona.
Skont dak irrappurtat fuq midja lokali, fl-aħħar 24 siegħa , iż-żona nħakmet minn maltemp u xita qawwija bit-tajn jiżdied fuq il-muntanji, iċedi f’salt u jinżel b’qawwa kbira lejn ix-xmara.
Għexieren ta’ persuni oħra ġew salvati permezz ta’ ħelikopters u ttieħdu f’villaġġi fil-viċin.