Villa jwaqqfu lil Newcastle milli jkomplu javvanzaw fil-klassifika

Aston Villa rebħu lil Newcastle. Fl-aħħar tliet logħbiet Aston Villa naqsu li jirbħu, iżda fl-aħħar sabu saqajhom.

Il-free-kick ta’ Conor Hourihane poġġa lil Villa fuq quddiem. Erba’ minuti wara reġa’ kien Hourihane li minn set-piece poġġa lil Anwar El Ghazi f’pożizzjoni tajba biex jiskurja t-tieni ballun minn viċin il-lasta.

B’din ir-rebħa Villa telgħu fil-15-il post.

Kieku Newcastle rnexxielhom jirbħu kienu jitilgħu fid-disa’ post, iżda minħabba t-telfa baqgħu fl-14-il post, punt biss ‘l fuq minn Villa.