Villa jgħaddu għas-semi finali tal-Carabao Cup

Aston Villa rebħu bi kbir kontra l-iżgħar tim li Liverpool qatt lagħbu bih fil-Carabao Cup.

It-tim il-prinċipali ta’ Liverpool qiegħed fl-azzjoni ġewwa l-Qatar għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs. Il-maniġer tat-tim ta’ taħt it-23 sena Neil Critchley mexxa lit-tim. Parti mit-tim kien hemm ħames plejers li għamlu d-debutt tagħhom. Bejn wieħed u ieħor l-età medja tat-tim kienet ta’ 19-il sena.

Villa għamlu 10 tibdiliet mit-telfa kontra Sheffield United fil-logħba tal-Premier League. Huma użaw l-esperjenza tagħhom għall-vantaġġ tagħhom u rnexxielhom bil-kbir.

Għalkemm Liverpool bdew bit-tajjeb, qalgħu żewġ gowls fi żmien tliet minuti fl-ewwel taqsima tal-logħba.

Sal-aħħar tal-logħba, Villa rebħu bl-iskor ta’ 5-0.