Vidjow mużikali ġdid minn Lyndsay Pace

Il-kantanta Lyndsay Pace llum se tkun qed tniedi vidjow mużikali ġdid Taxi Man waqt il-programm Ħadd Għalik li jixxandar fuq TVM fl-12.15. Pace se tkun qed tilgħab ukoll waqt dan il-programm li llum se jkunu qed jipparteċipaw fih dawk li jafu jpenġu u dawk li ma jafux.

Fit-tim ta’ dawk li jafu jpenġu nsibu lil Clintess, Ryan Galea, Emerson Farrugia u Xandru Mallia filwaqt li dawk li ma jafux ipengu hemm fil-fatt Mario Cassar, Melanie Debattista, Kathy Mercieca u Lyndsay Pace.

Ritratt: The Fotografer

Il-programm bħas-soltu jkun ppreżentat minn Angie Laus bi produzzjoni ta’ WE Media.